L-iskola tagħna... kitba ta' Michela Therese Attard
L-iskola taghna qeghda f'Santa Venera. Din hija skola kbira u nadifa. Għandha żewġ sulari
sbieħ. L-iskola tagħna tgħin lil oħrajn. Tagħmel parti mil-kulleġġ Santa Tereża. Għandha
to be cont...
META MORNA L-KATAKOMBI... kitba ta' Cheyenne Mangion
IN-NANNIET TIEGĦI kitba ta' Glen Fero'
META NTLIFT kitba ta' Gabriel Scalpello
Darba konna San Anton u kien is-Sibt. San Anton huwa ġnien kbir ħafna ħafna u jien nieħu gost hemm. Jien kont mal-ġenituri u maz-zijiet. Madwari kien hemm ħafna ħaxix u annimali. Wara ftit rajt qattus u mort niġri warajh. Il-kuluri tiegħu kienu kannella. Mingħajr ma ndunajt kont intlift. Fil-pront ndunajt li l-ġenituri u z-zijiet ma rajthomx hemm u kont imwerwer ħafna. Wara beda jidlam u kont naqra iżjed imwerwer. Fl-aħħar kont miexi u ħbatt ġo xi ħadd u kienet ommi. Tgħidx kemm fraħt.
Blackbeard huwa pirata. Jivvjaġġa fuq il-baħar fuq il-ġifen tiegħu. Fuq rasu jilbes maktur aħmar nar u kappell iswed tuta. F'widnejh għandu misluta tad deheb. Għandu daqna sewda faħma u sinna nieqsa. Huwa jżomm xabla twila u taqta u jżomm ukoll pistola. Ġieli juża xabla biex joqtol xi pirat iehor li jkun jixtieq joqtlu. Flok idu l-leminija għandu ganċ tad-deheb. Black beard għandu wkoll teżor moħbi f'ħohra taħt l-art fi gżira oħra. Biex isib it- teżor għandu bżonn mappa u boxxla. Darba waħda kien qed jitkellem mal-kap tal-vapur Barbarossa u qabad il maltemp u Blackbeard waqa minn fuq il-ġifen pprovaw itellawh imma ma setghux. F'daqqa waħda Barbarossa sab ruħu fuq gżira. Sabuh il-pulizija u poġġewh ġo ċella imma sab ħames madumiet jinqalgħu u rnexxielu jaħrab minn taħthom. Seraq vapur u telaq lejn il-gzira li kien joqgħod fuqha.
JIENA ARLOĠĠ by Shania Duca
L-iskola taghna qeghda f'Santa Venera. Din hija skola kbira u nadifa. Għandha żewġ sulari
sbieħ. L-iskola tagħna tgħin lil oħrajn. Tagħmel parti mil-kulleġġ Santa Tereża. Għandha
kunsill li jieħu ħsieb l-ambjent. Barra l-kunsill ta l-ambjent għandna l-kunsill ta l-istudenti. Aħna t-tfal niltaqgħu ma ħafna ħbieb. Naghmlu hafna attivitajiet bhal Zumba. Ghandna wkoll zewg btiehi fejn nilghabu, niltaqghu u naghmlu attivitajiet. L-ghalliema taghna ghandhom qalb kbira mat-tfal. Nahdmu fi gruppi u nitghalmu hafna iktar minn-xulxin. Ahna ghandna wkoll il-pjanti li huma fjuri,sigar u hafna iktar. Ahna taghllimna li maghandniex nahluhafna karti. Ghanda leaders tal-klassi. Il-kap ta' l-iskola taghna hija Miss Azzopardi. Hafna mill-lezzjoni
to be cont...
META MORNA L-KATAKOMBI... kitba ta' Cheyenne Mangion
L-ewwel ħarġa ta' l-iskola lili għoġbitni ħafna. Morna Il-katakombi ta' Sant'Agatha u hemm rajna ħafna affarjiet sbieħ. Rajna skeletri, pitturi mal-ħajt, kappelli, artali antiki u ħafna affarjiet oħra. X'ħin wasalna kilna ftit u wara dħalna wkoll fil-mużew. Stennejna li jitilgħu t-tfal tal-klassi l-oħra w imbagħad kien imiss lilna biex ninżlua fil-katakombi. Wara mxejna ġo ġnien kbir u qagħdna niġru, nizfnu u naqbżu. Ġiet tal-linja u morna l-iskola, għajjenin u kuntenti.
IN-NANNIET TIEGĦI kitba ta' Glen Fero'
In-nanniet tiegħi jisimhom Wilfred u Emily. In-nannu għandu 63 sena u in-nanna għandha 62. Huma joqgħodu il-Belt valletta quddiem il port il-kbir. Il-ħin liberu tan-nannu huwa li jara it-team tal-futbol tal-United jilgħabu u lil Mike Tyson meta kien fl-aqwa tiegħu waqt li n-nanna tħobb tgħum, tiekol u taqra. Il-gimgħa niltaqa magħhom id-dar tagħhom u kull tant niltaqa magħhom is-sibt jew il-Ħadd. L-aktar ħaġa li nħobb nagħmel magħhom hija meta mmur il-baħar magħhom u immmur id-dar tagħhom nara ir-Rinella bit-tromba mil-bejt tad -dar tagħhom. Huma jħobbu jgħinuni u jieħdu gost meta mmur id-dar tagħhom. Meta kien għadu żgħir in-nannu kien jahdem ma tas-sigaretti. Jiena nħobbhom ħafna lin-nanniet tiegħi għax huma jħobbuni u jieħdu ħsiebi meta nkun maghhom. Nixtieq li ma jimirdu qatt.
META NTLIFT kitba ta' Gabriel Scalpello
Darba konna San Anton u kien is-Sibt. San Anton huwa ġnien kbir ħafna ħafna u jien nieħu gost hemm. Jien kont mal-ġenituri u maz-zijiet. Madwari kien hemm ħafna ħaxix u annimali. Wara ftit rajt qattus u mort niġri warajh. Il-kuluri tiegħu kienu kannella. Mingħajr ma ndunajt kont intlift. Fil-pront ndunajt li l-ġenituri u z-zijiet ma rajthomx hemm u kont imwerwer ħafna. Wara beda jidlam u kont naqra iżjed imwerwer. Fl-aħħar kont miexi u ħbatt ġo xi ħadd u kienet ommi. Tgħidx kemm fraħt.
AVVENTURA FUQ VAPUR TAL-PIRATI by Glen Fero'
Blackbeard huwa pirata. Jivvjaġġa fuq il-baħar fuq il-ġifen tiegħu. Fuq rasu jilbes maktur aħmar nar u kappell iswed tuta. F'widnejh għandu misluta tad deheb. Għandu daqna sewda faħma u sinna nieqsa. Huwa jżomm xabla twila u taqta u jżomm ukoll pistola. Ġieli juża xabla biex joqtol xi pirat iehor li jkun jixtieq joqtlu. Flok idu l-leminija għandu ganċ tad-deheb. Black beard għandu wkoll teżor moħbi f'ħohra taħt l-art fi gżira oħra. Biex isib it- teżor għandu bżonn mappa u boxxla. Darba waħda kien qed jitkellem mal-kap tal-vapur Barbarossa u qabad il maltemp u Blackbeard waqa minn fuq il-ġifen pprovaw itellawh imma ma setghux. F'daqqa waħda Barbarossa sab ruħu fuq gżira. Sabuh il-pulizija u poġġewh ġo ċella imma sab ħames madumiet jinqalgħu u rnexxielu jaħrab minn taħthom. Seraq vapur u telaq lejn il-gzira li kien joqgħod fuqha.
JIENA ARLOĠĠ by Shania Duca

Min Jien...? by Therese Mizzi
Jiena jisimni Therese Mizzi. Jiena għandi 8 snin. Jiena noqgħod Santa Venera. Fil-ħin liberu tiegħi inħobb nilgħab fuq il-compjuter. Il-ħbieb tiegħi huma Shania, Tiffany u Julia. Ħija jismu Christian għandu 3 snin u huwa jħobb jiekol ħafna. Il-kuġin tiegħi jismu Josef li għandu 2 snin. Il-kuġina tiegħi jisimha Kylie Baldacchino għandha 7 snin. Hi tħobb tiekol pizza. Jiena wkoll inħobb hafna niekol l-pizza. Ma nħobbx niekol laħam. Ma nħobbx ukoll nilgħab football u basketball. Kemm kont ħadt gost meta kien twieled ħija.
Meta kont żgħira kont inħobb nara it-televixin. Illum l-aktar li nieħu pjaċir immur l-iskola. Meta nikber nixtieq li insir għalliema għax jien nieħu gost nikkoreġi.
Meta kont żgħira kont inħobb nara it-televixin. Illum l-aktar li nieħu pjaċir immur l-iskola. Meta nikber nixtieq li insir għalliema għax jien nieħu gost nikkoreġi.